Żagħżugħ Malti bil-coronavirus rikoverat fl-ITU fi Spanja

Spanja għandha t-tielet rata ta' persuni infettati, jiġifieri aktar miċ-Ċina u ftit inqas mill-Italja, 85,195 pazjent

Żagħżugħ Malti ta' 29 sena, li rriżulta pożittiv għall-coronavirus, qed jingħata l-kura f'Taqsima tal-Kura Intensiva fi sptar f'Barċellona.

Ħabbar dan fuq TVM, il-Ministru għall-Affarjiet Barranin Evarist Bartolo.

Bartolo qal li ż-żagħżugħ jinżamm f'qagħda stabbli.

Spanja għandha t-tielet rata ta' persuni infettati, jiġifieri aktar miċ-Ċina u ftit inqas mill-Italja, 85,195 pazjent.

Fi Spanja, tilfu ħajjithom 7,340 u fiequ 16,780.

More in Politika