Ħames persuni jinqabdu jiksru l-kwarantina mandatorja

B'kollox 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina mandatorja

F'421 spezzjoni li saru fil-gżejjer Maltin matul l-aħħar 24 siegħa, ħames persuni oħra nqabdu jiksru l-kwarantina mandatorja.

Dawn weħlu €3,000 kull wieħed.

Hekk, b'kollox, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina mandatorja.

L-ebda stabbiliment tal-ikel u x-xorb ma nqabad jikser ir-regoli.

B'kollox, sa issa, saru 6,700 spezzjoni.

More in Politika