Il-każi ta' nies b'Covid-19 jitla' b'10 għal total ta' 149 - Fearne

Il-każi ta' pazjenti bil-coronavirus f'Malta jitilgħu b'10 oħra fl-aħħar 24 siegħa

Il-Ministru Fearne
Il-Ministru Fearne

Malta rreġistrat 10 każi ġodda ta' pazjenti b'coronavirus fl-aħħar 24 siegħa.  Ħabbar dan il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza f'Għawdex fejn kien diskuss ix-xogħol preparatorju li qed isir f'din il-gżira biex tilqa' għall-Covid-19

Malta issa għandha 149 każ ta' persuni bil-Covid-19.

Intant is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci waqt li kienet qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet qalet illi wieħed minn dawn huwa pazjent ta' 72 sena li jinsab f'qagħda kritika. 

More in Politika