2,312 ripatrijati lejn l-Ewropa permezz ta' fondi Ewropej ... 80 titjira oħra ppjanata

'Dan huwa eżempju ta' solidarjetà Ewropea' - Johannes Hahn

Il-Kummissarju Johannes Hahn
Il-Kummissarju Johannes Hahn

Fi stqarrija l-Kummissjoni Ewropea qalet illi grazzi għat-titjiriet ta' ripatrijazzjoni organizzati permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-Protezzjoni Ċivili u kofinanzjat mill-UE, 2,312 peruna diġa' ġew ripatrijati lejn l-Ewropa miċ-Ċina, il-Ġappun, l-Istati Uniti, il-Marokk, it-Tuneżija, il-Georgia, il-Filippini u minn Cabo Verde. Dawn kollha kienu ripatrijati minn meta faqqa' l-vuris fl-Ewropa. 

Intant hemm aktar minn 80 titjira oħra ppjanati fil-jiem li ġejjin. 

llum, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li tagħmel €75 miljun mill-baġit tal-UE disponibbli biex tgħin lill-Istati Membri tal-UE jirripatrijaw iċ-ċittadini tal-UE u biex iżżid il-baġit tal-ħażna medika tar-rescEU.

il-Kummissarju Johannes Hahn inkarigat mill-baġit tal-UE, qal li l-miżura tal-lum hija "eżempju ieħor ta' kif il-baġit tal-UE jista' jżid il-valur meta u fejn ikun meħtieġ l-aktar. Hija wkoll eżempju tas-solidarjetà u l-kooperazzjoni Ewropea fl-aqwa tagħha.”

More in Politika