Liema huma l-ħwienet li mil-lum ma jistgħux jiftħu? Ara l-lista hawn

Multi ta’ €3000 se jiġu imposti għal kull darba li jinkisru dawn il-miżuri ġodda

Wara li d-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li b'effett immedjat mil-lum se jingħalqu l-ħwienet kollha li joffru servizzi mhux essenzjali għal kuljum, bil-għan li tkun ikkontrollata l-imxija tal-Covid-19, il-Ministeru ppubblika l-lista ta' dawk il-ħwienet li ma jistgħux jiftħu.

Fuq l-ordni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, mil-lum fit-8am, għandhom jibqgħu magħluqa l-ħwienet kollha li n-negozju prinċipali tagħhom huwa marbut mal-bejgħ ta’: 

  • Ħwejjeġ
  • Ilbies sportiv
  • Ġojjellerija
  • Hand bags u prodotti tal-ġilda
  • Costume jewellery u aċċessorji
  • Żraben
  • Nuċċalijiet mingħajr preskrizzjoni
  • Fwejjaħ
  • Prodotti tal-isbuħija
  • Ħwienet tal-ħjata
  • Purtieri u tapezzerija
  • Tagħmir domestiku
  • Ħwienet tas-souvenirs
  • Stabbilimenti li joffru skontijiet
  • Ħwienet tal-bagalji
  • Ħwienet tal-ġugarelli
  • Ħwienet tal-passatempi
  • Għamara
  • Ħwienet tal-pjanti/fjuri u vaping shops, għandu jiġi osservat.

Apparti minn hekk, il-Gvern qed jitlob ukoll, l-għeluq tal-ħwienet li jipprovdu servizzi mhux essenzjali, iġifieri, parrukkiera, barbiera, ħwienet ta’ sbuħija, spas (postijiet ta’ rilassament), ħwienet tad-dwiefer u ħwienet tat-tpinġija.

Multi ta’ €3000 se jiġu imposti għal kull darba li jinkisru dawn il-miżuri ġodda.

Din id-deċiżjoni tapplika għall-ħwienet imsemmija, kemm jekk qed joperaw minn shopping malls kif ukoll minn postijiet oħra. 

Dawn il-ħwienet jistgħu xorta jbiegħu u jipprovdu servizzi ta’ delivery tal-prodotti tagħhom fil-komunità.

Aqra wkoll:

 

More in Politika