Il-ħwienet kollha ta' servizzi mhux essenzjali jridu jgħalqu minn għada ... multa ta' €3,000

Minn għada l-ħwienet kollha li jofrru servizzi mhux essenjali jridu jgħalqu

Minn għada l-ħwienet kollha li ma jagħtux servizzi essenzjali se jkollhom jgħalqu fosthom - hairdressers, barbiera, ħwienet tal-elettroniċi - li jinkludu kull bejgħ ta' oġġetti bħal TVs u iktar - ħwienet li jagħtu servizzi tat-tattoss u dwiefer u oħrajn. 

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne  - f'konfrenza mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, ħabbar illi ħwienet bħal tal-ġugarelli, affarijiet tad-dar u anke ħwienet li jbiegħu servizzi ta' sbuħija jridu jingħalqu.

Dawn il-ħwienet mhux se jkunu jistgħu jiftħu minn għada fit-8:00 a.m u kull min jiftaħ kontra din l-ordni jaqla' multa' €3,000. 

Minn naħa l-oħra ħwienet li jbiegħu oġġetti li jbiegħu informazzjoni, fosthom ħwienet li jbiegħu l-gazzetti, se jitħallew miftuħin.

Dan qed jitħabbar fid-dawl tal-fatt illi bejn is-Sibt u l-Ħadd in-numri ta' dawk pożittivi għall-coronavirus telgħu bi 17, għal total ta' 90.

 

More in Politika