Ħames każi oħrajn ta' persuni b'coronavirus għal total ta' 53 sa issa

Ħames kazi ġodda ta' persuni b'coronavirus

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret illi l-każijiet f'Malta ta' persuni b'coronavirus, żdiedu b'ħames każi oħra biex issa Malta għandha 53 każ  minn meta ħareġ l-ewwel każ. 

"L-agħar għadu ma ġiex," wissiet Gauci li saħqet illi hemm bżonn illi n-nies jieħdu l-prekwzjonijiet.

Intant Gauci ħabbret li l-każijiet il-ġodda huma: 

 - Mara Maltija, 56

  • Mara ta' 56 sena li ġejja minn Brussell
  • Hija tiġi minn persuna li diġa' rriżultat fil-pożittiv
  • Dan il-każ allura huwa wieħed minn grupp ta' sitta

 - Raġel Malti, 29

  • Raġel ta' 29 sena ġej mill-Ingilterra
  • Dan wasal fil-15 ta' Marzu meta bdew is-sintomi ta' sogħla u qtugħ ta' nifs
  • Qagħad kwarantina meta ġie Malta allura ma kellux kuntatt

Raġel Spanjol, 33

  • Raġel ta' 33 sena
  • Mar għax-xogħol għal xi ħin fl-10 ta' Marzu
  • Jumejn wara bdew is-sintomi

Raġel Malti, 35

  • Raġel ta' 35 sena
  • Dan ukoll ġie minn Brussell 
  • Kellu sintomi ta' uġigħ ta' ras u sogħla
  • Huwa qagħad kwarantina u allura ħadd ma kien espost

Raġel Malti, 64

  • Raġel ta' 64 sena, ġie mill-Ingilterra
  • 17 ta' Marzu kellu sogħla u sintomi
  • Hu jiġi minn xi ħadd li huwa pożittiv għall-virus
  • Baqa' fi kwarantina u allura ma sarx kuntatt

More in Politika