Il-Eurovision imħassar ukoll ... Destiny kellha tirrapreżenta lil Malta

L-EBU tgħid li din kienet deċiżjoni diffiċli

Il-Eurovision f'Rotterdam, l-Olanda ġie kkanċellat ukoll.  Dan ħareġ minn stqarrija mill-organizzaturi tal-istess Eurovision - Il-European Broadcasting Unit (EBU), li qalu illi minkejja tentattivi biex dawn is-serati mużikali tant mistennija jkomplu għaddejjin, l-inċertezza dwar il-Covid-19 u r-restrizzjonijiet fissru illi dan kellu jiġi ikkanċellat. 

L-EBU ammetta li din kienet deċiżjoni diffiċli imma sostna li tiġi fl-interess tas-saħħa ta' dawk li kienu se jżuru, l-artisti, is-segwaċi u l-ħaddiema. 

Malta kienet se tiġi rappreżentat minn Destiny Chikunyere, li rebħet l-X Factor ta' din is-sena.  Fil-fatt id-diska ta' Destiny kienet diġa magħmula u lesta biex tibda l-vjaġġ tagħha fl-Olanda.

More in Politika