S&P jgħidu li s-sitwazzjoni ekonomika fl-Ewropa se tiggrava imma tibda tikrupra aktar tard fl-2020

L-Aġenzija ta' Kreditu S&P tgħid li l-coronavirus niżlet lid-dinja f'riċessjoni

L-aġenzija ta' kreditu S&P Global - li tevalwa lill-Gvernijiet u kumpaniji madwar id-dinja - qalet illi l-coronavirus niżżlet lid-dinja f'riċessjoni globali hekk kif sfrattat l-attività ekonomika, drastikment.  S&P fil-fatt qalet illi l-effett huwa ħafna agħar milli kien maħsub qabel.

L-aġenzija iżda qalet ukoll li l-ħsara lill-ekonomija Ewropea u tal-Istati Uniti se tkun qed tiggrava fiż-żmien li ġej.

"L-ewwel informazzjoni miċ-Ċina turi illi l-ekonomija ntlaqtet ħafna agħar milli kien proġettat, minkejja li jidher li hemm il-bidu ta' stabilizzazzjoni," qal il-Kap Ekonomista ta' S&P Paul Gruenwald. 

"L-Ewropa u l-Istati Uniti qed isegwu l-istess triq b'restrizzjonijiet fuq kuntatt bejn in-nies twassal għall-kollass fid-domanda. Dan ifisser ukoll li l-attività ekonomika se tkun ħafma inqas, qabel imbagħad jibda irkupru aktar tard fis-sena." 

Tgħid allura illi filwaqt li t-tixrid tal-marda stabilizza f'ħafna mill-Ażja, id-data ekonomika turi illi l-ekonomija ħadet daqqa ħafna ikbar milli mistenni. 

More in Politika