L-Unjoni Ewropea tagħlaq il-fruntieri tagħha għall-ivvjaġġar

Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qablu li għat-30 ġurnata li ġejjin ikun  pospost l-ivjaġġar kollu minn u lejl l-Ewropa

Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qablu li għat-30 ġurnata li ġejjin ikun pospost l-ivjaġġar kollu minn u lejl l-Ewropa.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von fer Leyen qalet li l-proposta sabet appoġġ kbir mill-istati membri u issa “f’idejhom biex ikun implimentat.”

Waqt konferenza li saret it-Tlieta filgħaxija, id-direttur reġjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa għall-Ewropa, Hans Henri P. Klugem qal li issa 152 pajjiż huma milquta minn dan il-coronavirus.

Fi kliemu, dan il-virus, ikkawża “realta ġdida” għall-miljuni ta’ persuni minn madwar id-dinja.

“L-Ewropa hija l-epiċentru ta’ din l-ewwel pandemija tal-coronavirus u kull pajjiż, mingħajr eċċezzjoni, jridu jieħdu l-miżuri biex iwaqqfu t-tixrid tal-virus,” insista Klugem waqt li tenna li kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu.

B’kollox, madwar 7,800 persuna mietu madwar id-dinja kawża ta’ dan il-virus.

Intant, fl-Italja, f’24 siegħa kien hemm 3,500 pazjent ġdid tal-Covid-19.

Franza tinsab fuq lockdown mil-bieraħ hekk kif segwit ukoll il-passi ta’ Spanja.

More in Politika