Fumigazzjoni tal-karozzi tal-linja b'diżinfettant li jneħħi kull traċċa ta' Covid-19

Il-karozzi tal-linja iffumigati biex titneħħa kull traċċa ta' Covid-19

L-iffumigar għaddej ilbieraħ
L-iffumigar għaddej ilbieraħ

Matul il-lejl li għadda Transport Malta flimkien mal-operatur għamlu fumigazzjoni tal-karozzi tal-linja li intużaw waqt is-servizz matul il-ġurnata. Dan il-proċess ser jibqa’ jsir kull lejl.

Waqt din il-fumigazzjoni, persuna li kienet libsa ilbies protettiv daħlet fil-karozza tal-linja u użat kimika ta’ disinfettant biex toqtol kull traċċa possibli tal-virus COVID-19. Wara dan il-fumigar sar ukoll it-tindif normali tal-karozzi tal-linja, liema tindif sar taħt is-superviżjoni tad-Dipartiment tat-Tindif.

Dan il-proċess seħħ fil-Park and Ride tal-Furjana u l-Marsa, fiċ-Ċirkewwa u anke fir-Rabat, Għawdex.

Fi stqarrija Transport Malta qalet li apparti l-fumigazzjoni tal-karozzi tal-linja nfushom, ser isir ukoll tindif tal-bus terminals u dan sabiex jonqos ir-riskju li n-nies ikunu esposti għal dan il-virus.

Il-ħasil ser isir fil-Valletta Terminal, Marsa Park and Ride, Pembroke Park and Ride, Buġibba Terminal, Ċirkewwa Terminal, Mater Dei, Bombi, Junior College, Sliema Marina, Victoria Terminal f’Għawdex u l-Port tal-Imġarr f’Għawdex.

"Għal darbaoħra nappellaw biex il-pubbliku jżomm mal-linji gwida li ħarġet Transport Malta flimkien mal-Malta Public Transport għall-użu tat-trasport pubbliku," ittemm tgħid l-istqarrija.

Il-bus stops ukoll ....
Il-bus stops ukoll ....

 

More in Politika