Il-Gvern Franċiż b'għexieren ta' biljuni ta' ewro biex jgħin lil 5,000 negozju u l-ħaddiema tagħhom

'Mal-kriżi tas-saħħa m'aħniex se nżidu il-falliment finanzjarju u l-qgħad' - Emmanuel Macron

Emmanuel Macron
Emmanuel Macron

Il-Gvern Franċiż wiegħed għexieren ta' biljuni ta' ewro biex jgħin lin-nies u n-negozji li se jkunu qed jintlaqtu ħażin mill-coronavirus, bil-President Franċiż Emmanuel Macron jgħid illi l-istat se jidħol għat-toqol finanzjarju li se jħossu dawk li se jkollhom jibqgħu d-dar. Macron, li jmexxi wieħed  mill-pajjżi illi l-aktar li ntlaqat minn dan il-virus sostna illi kulħadd għandu jaħdem mid-dar, wara li fil-fatt il-Gvern għalaq il-pajjiż f'lockdown il-ġimgħa l-oħra. 

Il-President wiegħed miżuri ta' eċċezzjoni li li se jgħinu lin-negozji jirkupraw telf finanzjarju, f'dak li qed jitqies minn osservaturi bħala pass lejn politika fiskali aktar xellugija. 

"Mal-kriżi tas-saħħa m'aħniex se nżidu il-falliment finanzjarju u l-qgħad,' qal Macron. 

Il-Ministru tal-Ekonomija Franċiż Bruno Le Maire wiegħed illi l-Gvern se jġorr il-piż finanzjarju ta' 5,000 negozju li kien qed jitlef il-flus u li għandu ħaddiema bla impjieg, temporanjament. 

"Se nagħmlu dak kollu neċessarju u aktar biex malli tispiċċa din il-kriżi l-pajjiż jerġa jibda mill-ġdid," qal Le Maire.

Intant ara hawnhekk ħarsa lejn is-sitwazzjoni madwarna f'pajjiżi oħrajn

More in Politika