Ir-Russja u l-Kanada jgħalqu l-fruntieri ... jekk m'intix ċittadin tal-pajjiż ma tidħolx

Ir-Russja u l-Kanada jgħalqu l-fruntiera għal dawk kollha li mhumiex Russi jew Kanadiżi

Vladimir Putin - il-President Russu u Justin Trudeau - il-Prim Ministru Kanadiż
Vladimir Putin - il-President Russu u Justin Trudeau - il-Prim Ministru Kanadiż

Ir-Russja għalqet il-fruntiera tagħha għall-barranin kollha sa Mejju li ġej.

Dan żvelatu ftit tal-ħin ilu r-Russian Times  Il-Gvern Russu se jkun qed jagħti eċċezzjoni biss fil-każ ta' diplomatiċi u dawk li jgħixu r-Russja b'mod permanenti. 

Sa issa kien hemm 96 każ ta' coronavirus fir-Russja.

Dan il-pass isegwi dak tal-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau li llum ukoll ħabbar illi nies li mhumiex Kanadiżi, ċittadini tal-Istati Uniti jew residenti permanenti fil-pajjiż mhux se jitħallew jidħlu fil-pajjiż

Dawn ir-resitrizzjonijiet se jidħlu nhar il-Erbgħa, bil-linji tal-ajru obbligati ma jħallux passiġġieri b'sintomi tal-Covid-19 fuq l-ajrupan.ħ

Trudeau stess jinsab taħt kwarantina hekk kif martu wkoll irriżultat fil-pożittiv.  Fil-Kanada hemm aktar minn 150 każ ta' persuna pożittivi għall-Covid-19.

 

More in Politika