Coronavirus | Helpline għall-anzjani li ma għandhom il-ħadd min jaqdihom

Dawk l-anzjani li ma għandhomx min jgħinhom u li għandhom bżonn ta’ xi mediċini, ikliet lesti, jew inkella xi prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix jistgħu jingħataw l-għajnuna meħtieġa

Hekk kif qed jingħata l-parir biex l-anzjani ma joħorġux mid-djar tagħhom, il-Ministeru għall-Familja, id-Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità, qed iniedu helpline għal dawk l-anzjani li għandhom bżonn in-neċessitajiet u m’għandhom lil ħadd biex jgħinhom.

Il-Helpline huwa 25903030. Dan jista’ jintuża minn dawk il-persuni li għandhom iżjed minn 60 sena. 

Bis-saħħa ta’ dan is-servizz, dawk l-anzjani li ma għandhomx min jgħinhom u li għandhom bżonn ta’ xi mediċini, ikliet lesti, jew inkella xi prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix jistgħu jingħataw l-għajnuna meħtieġa 

Dan is-servizz, li tnieda llum, se jkun disponibbli mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8am sal-4pm, festi pubbliċi inklużi u nhar ta’ Sibt mit-8am sas-1pm.

Dan is-servizz se jkun wieħed temporanju u ladarba s-sitwazzjoni tinbidel dan is-servizz mhux se jibqa’ applikabbli.

More in Politika