Ryanair ma teskludix li twaqqaf l-operat tagħha

Il-linja tal-ajru - waħda mill-aktar popolari f'pajjiżna - tgħid li ma tistax teskludi illi twaqqaf l-operat tagħha għalissa

Il-kumpanija Ryanair, li hija wkoll waħda mill-kumpaniji li għandhom l-akbar sehem f'titjiriet minn u lejn Malta, qalet fi stqarrija illi għal April u Mejju se tkun qed tnaqqas it-tijiriet bi 80%  u mhux qed teskludi li tieqaf topera għal kollox matul dan il-perjodu. 

Ryanair fakkret li hemm lista ta' pajjiżi li waqfu ħafna mit-titjiriet jew f'xi każi t-titjiriet kollha.  Fost dawn il-pajjiżi hemm: Malta, l-Italja, iċ-Ċekea, l-Islovakkja, l-Greċja, l-Awstrija, Spanja, il-Marokk, id-Danimarka, il-Portugall, il-Polonja, in-Norveġja kif ukoll Ċipru.

Il-kumpanija qed tieħu azzjoni immedjata billi tnaqqas l-ispejjeż ħalli ttejjeb l-ammont ta' flus kontanti f'idejha. Dawn il-miżuri jfissru wkoll illi l-kumpanija mhux se timpjega aktar nies għalissa. 

More in Politika