Liċenzja għall-aġenti tal-proprjetà u s-sensara

Il-Gvern iniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-pubblikazzjoni tal-Att li se jkun qed jirregola s-settur tal-bejgħ u x-xiri tal-proprjetà

Mis-sena d-dieħla, l-aġenti kollha tal-proprjetà u anke s-sensara se jibdew joperaw b’liċenzja. 

Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni Chris Agius hekk kif nieda konsultazzjoni pubblika dwar il-pubblikazzjoni tal-Att li se jkun qed jirregola s-settur tal-bejgħ u x-xiri tal-proprjetà.

Waqt il-konferenza, Agius qal li l-MCAST se tkun qed toffri course ta’ taħriġ fuq livell 4 għall-aġenti tal-proprjetà u anke s-sensara

Dan se jkun qed japplika għal kulħadd, ħlief għal dawk li jaħdmu fuq bażi part-time.

Preżenti kien hemm ukoll il-Perit Robert Musumeci spjega li b’ an l-att is-settur se jingħata l-ewwel qafas legali.

More in Politika