Il-Ministru Farrugia Portelli tintalab tagħmel it-test tal-coronavirus; Kwarantina sas-Sibt

Dan wara li  l-awtoritajiet tas-saħħa kienu infurmati minn pajjiż ieħor li persuna li ġimgħa ilu kienet fl-istess post fejn kienet hi, irriżultat pożittiv

Il-Ministru għat-Turiżmi Julia Farrugia Portelli tinsab fi kwarantina fid-dar tagħha bħala prekawzjoni sa nhar is-Sibt li ġej minkejja li rriżultat negattiv għat-test tal-coronavirus.

Fuq Facebook, il-Ministru spjegat kif intalbet tagħmel test għall-Coronavirus wara li l-awtoritajiet tas-saħħa kienu infurmati minn pajjiż ieħor li persuna li ġimgħa ilu kienet fl-istess post fejn kienet hi, irriżultat pożittiv.

Farrugia Portelli għamlet it-test iżda dalgħodu, il-Professur Charmaine Gauci infurmata li r-riżultat ħareġ negattiv iżda ntsalbettagħmel kwarantina sas-Sibt li ġej.

“Min jafni jaf li mhu se nitlef l-ebda laqgħa għax se naħdem virtwalment mid-dar. Bħala Ministru, f'dan il-mument delikat, posti hu qrib dawk fit-turiżmu nklużi tal-ħaddiema li għandhom l-impjieg tagħhom f'theddida,” saħqet il-Ministru.  “Dalgħodu dieħla virtwalment għal-laqgħa mat-team ta' esperti biex infasslu pakkett ieħor ta' miżuri biex ngħinu lill-industrija tat-turiżmu.

More in Politika