Raġel bid-deni ma jobdix l-ordnijiet u jitla' fuq il-Gozo Channel ... tissejjaħ il-pulizija

Raġel bid-deni ma jitħalliex jitla' fuq il-vapur tal-Gozo Channel imma m'obdiex l-ordnijiet

Aktar kmieni llum waqt proċess ta’ screening fit-terminal tal-Gozo Channel, raġel ta’ nazzjonalità barranija nstab li kellu d-deni.  Minkejja li l-persuna inkwistjoni ġie mitlub sabiex ma jitlax fuq il-vapur, il-persuna xorta waħda tela’.

Dan wassal sabiex il-persuna kellha titniżżel minn fuq il-vapur tal-Gozo Channel wara li ssejħet l-assistenza tal-Pulizija.

Unit apposta bdiet il-fumigazzjoni u diżinfettar tat-terminal tal-passiġiera, tal-vapur tal-Gozo Channel u tal-karozzi li kienu laħqu telgħu abbord.

Il-persuna inkwistjoni ttieħdet f’ambulanza ftit tal-mumenti ilu.

Il-Gvern fi stqarrija fakkar li mhux se jkun qiegħed jittollera li jkun hemm min jisfida l-liġi u l-istruzzjonijiet li jingħataw. B’hekk biss tkun issalvagwardjata s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.

More in Politika