Adrian Delia wkoll jappella biex jingħalaq l-ajruport tal-pajjiż 'illum qabel għada'

Il-Kap tal-PN isegwi dak li talbu numru ta' għadiet diġa': L-għeluq tal-ajruport

Adrian Delia
Adrian Delia

Waqt konferenza tal-Aħbarijiet il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-PN jaqbel ma' diversi għaqdiet u qed jitlob li "llum qabel għada" il-Gvern jagħlaq il-fruntiera ta' Malta billi jagħlaq l-ajruport u l-port għall-passiġġieri u jara li Maltin li jinqabdu barra jinġiebu lura.

Il-Kap tal-PN, imdawwar minn membri tal-Union Ħaddiema Magħqudin u tal-GRTU, fost oħrajn, innota b'sodisfazzjon illi l-Gvern ħa ċerti miżuri biex jirrestrinġi t-tixrid ta' din il-marda.  Appella biex tingħata għajnuna lill-operaturi fil-qasam turistiku li qed jiffaċċjaw żmien iebes ħafna, kif fil-fatt qalu ma' dan is-sit jumejn ilu. Huwa appella wkoll biex isiru moratorji fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma. 

Dalgħodu il-MAM u l-MUBE appellaw għal-lockdown b'mod immedjat. 

More in Politika