'Jekk il-Gvern mhux se jintervjeni mill-ewwel se jfallu u jagħlqu n-negozji' - Delia

Appella biex il-ħaddiema tal-Gvern jitħallew jaħdmu mid-dar u qal li qed jestendi l-appell tiegħu anke għall-privat.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia appella lill-Gvern biex jilqa' u jippreveni għall-impatt ekonomiku li t-tixrid tal-coronavirus se jkollu fuq il-pajjiż filwaqt li ħeġġeġ lin-negozji biex jaċċelleraw il-miżuri li jilqgħu għat-tixrid tal-Covid-19.

"Inkunu qed ngħixu f'illużjoni jekk nibqgħu għaddejin kollox business-as-usual. Dawn huma miżuri li jweġġgħu n-negozju u qed jimpattaw il-pagi u x-xogħol tal-ħaddiema tagħna," insista Delia.

Appella biex filwaqt li l-prijorità tibqa' s-saħħa tal-poplu, il-pajjiż jilqa' għall-impatt ekonomiku u l-effett li l-coronavirus qed ikollu fuq diversi setturi.

"Irridu nassiguraw li d-daqqa li qed tieħu l-ekonomija tkun waħda li nifilħu għaliha biex meta jgħaddi dan l-għawġ il-pajjiż ikompli jgawdi mir-ritmu ekonomiku li gawda fl-aħħar snin," insista l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Qal li biex dan iseħħ, il-pajjiżi irid jaħdem kollu kemm hu flimkien.

"Il-Gvern għandu jara li ħadd ma jerfa' aktar milli jiflaħ. Dawk li jħaddmu jridu jħarsu l-benessri tal-ħaddiema tagħhom," insista Delia.

Appella lill-Gvern biex jiddikjara kif se jgħin lin-negozji. Fi kliemu, jekk dan mhux se jsir, għal ħafna negozji żgħar u dawk li jaħdmu għal rashom, se jkun tard wisq.

"L-ekonomija tagħna qed tieħu daqqa kbira," insista Delia waqt li fakkar li l-aktar milquta sa issa huma dawk il-kumpaniji li jaħdmu fis-settur tat-turiżmu. 

Il-Kap Nazzjonalista qal li lbieraħ ltaqa' mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn taf aktar informazzjoni dwar il-virus u l-firxa tiegħu. "Iżda qed tinfirex u taffettwa negozji żgħar, li qed jaraw inqas u inqas nies jixtru mingħandhom," insista Delia.

Apella lill-Gvern biex jispjega u jiddikjara l-għajnuna li se jagħti lil dawn in-negozji. "

"Hemm minnhom li għalihom se jkun tard wisq. Jekk il-Gvern mhux se jintervjeni mill-ewwel se jfallu u jagħlqu n-negozji," qal Delia. Insista li hija ħasra li l-Gvern għandu qed jaħdem fuq pakkett ta' miżuri. 

Fi kliemu, in-nuqqas ta' preparazzjoni jinħass ukoll fis-sistema tas-saħħa. Fi kliemu, imnalla kienu l-professjonisti, it-tobba u l-infermiera qalbiena.

'Hawn nuqqas kbir ta' għarfien u l-informazzjoni li qed tingħata mhux biżżejjed," insista Delia.

Saħaq li l-pajjiż jeħtieġ ikollu protokoll biex jilqa' għal sitwazzjonijiet bħal dawn.

Appella biex il-ħaddiema tal-Gvern jibdew jaħdmu mid-dar u qal li qed jestendi l-appell tiegħu anke għall-privat. 

Delia qal li lbieraħ ltaqa' wkoll mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li tah aktar informazzjoni dwar il-virus u l-firxa tiegħu.

Temm jistieden lill-Gvern u jisħaq li huwa jibqa' lest biex jaħdem miegħu waqt li saħaq li l-Oppożizzjoni se tkompli tiltaqa' mal-entitajiet  kollha biex anke jippreżenta proposti.

Aqra wkoll:

More in Politika