Filmati | Taljani jkantaw mit-twieqi u l-gallariji u jgħollu l-moral ta' xulxin

Naplitani u residenti f'diversi bliet u rħula fl-Italja mhux qed iħallu xejn iwaqqa' l-moral tagħhom u ntefgħu fit-twieqi ikantaw u jdoqqu

L-Italja bħalissa tinsab magħluqa. Kulħadd jinsab id-dar u l-istabbilimenti, il-ħwienet u r-ristoranti jinsabu kollha magħluqa. Madanakollu, it-Taljani mhu qed iħallu xejn iwaqqa' l-moral tagħhom.

Diversi filmati fuq Facebook u anke fuq YouTube qed juru lit-Taljani, partikolarment lin-Naplitani, fil-gallarijiet u fit-twieqi ikantaw u jdoqqu flimkien biex jimlew bi ftit entużjażmu t-toroq vojta li saru n-norma fl-Italja.

Wara ċ-Ċina, l-Italja hija l-aktar pajjiż milqut bil-coronavirus. L-għadd tal-pazjenti qabeż l-10,000 persuna u dawk li tilfu ħajjithom issuperaw l-1,000 persuna.

More in Politika