Għada l-Air Malta se topera tliet titjiriet biex iġġib lura Maltin li nqabdu barra

L-Air Malta ħabbret ukoll li qed tillimita s-servizz tagħha fuq l-ajruplani kollha bil-għan li jonqos it-tixrid tal-virus

Għada, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta se tkun qed topera titjiriet biex iġġib lura Malta residenti li bħalissa jinsabu maqbuda barra mill-pajjiż wara li ġew sospiżi t-titjiriet minn u  lejn l-Italja, l-Iżvizzera, il-Ġermanja, Franza u Spanja.

Din il-miżura ttieħdet biex ma jkomplix jinxtered il-coronavirus f’Malta. Sa issa, il-każijiet kollha f’Malta, ġew importati minn barra l-pajjiż.

Fil-fatt, għada, se tkun qed jitilqu u jiġu lura dawn it-titjiriet:

Paris Charles de Gaulle 

  • Titlaq minn Malta fid-9:10 u tasal lura fis-13:05

Zurich 

  • Titlaq minn Malta fid-16:50 u tasal lura fit-20:00

Frankfurt

  • Titlaq minn Malta fid-19:10 u tasal lura fil-22:40

Dawn maqbuda barra mill-pajjiż għandhom iċemplu fuq +356 22042200 jew jibagħtu imejl fuq [email protected].

Intant, l-Air Malta ħabbret li qed tillimita s-servizz tagħha fuq it-titjiriet mil-lum bil-għan li jonqos it-tixrid tal-virus.

Dawk li jsiefru Business Class se jingħataw l-ikel fi tray wieħed b’affarijiet li jintużaw darba biss.

Għal dawk li jsiefu f’Economy Class, mhux se jkunu jistgħu jixtru ikel.

More in Politika