'Qed nistaġnaw' -Inkwiet kbir fit-turiżmu, ħaddiema mkeċċija u pjanijiet biex jingħalqu lukandi

Wieħed mill-pulmuni tal-ekonomija Maltija qed jiffaċċja kriżi li jaf tikber bl-għeluq tal-lukandi għal xi żmien

Turiżmu: Ġej l-inkwiet!
Turiżmu: Ġej l-inkwiet!

'Qed nistaġnaw .. is-sitwazzjoni fit-turiżmu hija waħda serja ħafna."  Hekk sostna ma' dan is-sit il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti Andrew Agius Muscat, hekk kif fl-aħħar ġranet ingħalaq l-aċċess kollu għal tlieta minn erba' swieq maġġuri għal pajjiżna. L-Italja, il-Ġermanja u Franza huma ttliet swieq li minnhom jiġu ħafna turisti, flimkien mar-Renju Unit li huwa l-akbar suq. 

Dan qalu hekk kif dieħla aktar informazzjoni ta' ħaddiema li qed jitpoġġew fuq 'four day week'kif ukoll, ħaddiema temporanji li qed jitilfu xogolhom.  Agius Muscat ma kkonfermax tkeċċijiet ta' ħaddiema imma kkonferma li qed jitneħħew numru ta' ħaddiema temporanji. 

Huwa qal li bħalissa s-settur tal-bookings ġodda huwaa "kompletament wieqaf"

Ftit tal-ħin ilu AX Holdings li għandha diversi lukandi madwar il-pajjiż, fosthom fil-Belt Valletta, Tas-Sliema u l-Qawra, qalu illi qed iħarsu lejn is-sitwazzjoni u mhumiex jeskludu li jagħlqu lukandi. 

Intant l-Internatiopnal Hotels Investments li tmexxi l-lukandi Corinthia qalet illi saħansitra qed tagħlaq partijiet sħaħ ta' lukandi, filwaqt li qed tnaqqas mill-użu tal-elettriku, fost miżuri oħrajn. 

Intant illum il-Gvern ħabbar it-twaqqif ta' Kumitat inter-Ministerjali biex jgħin ifassal miżuri biex jgħinu lil dawk in-negozji li qed ibatu minħabba it-tixrid tal-Covid-19. 

 

 

 

More in Politika