'Din hija daqqa għalina .. qed nistennew li l-infermiera jonqsu b'bejn 20% u 30%'

Paul Pace jgħid li l-għeluq tal-iskejjel se tagħti daqqa kbira lill-infermiera meta l-aktar li se jkun hawn bżonnhom

Paul Pace, Pr3esident tal-MUMN
Paul Pace, Pr3esident tal-MUMN

Paul Pace, il-President tal-Unjin Maltija tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) laqa' l-aħbar li minn għada se jingħalqu l-iskejjel kollha, bi tħassib kbir u inkwiet. 

"Lilhinn minn jekk din hijiex deċijżoni tajba jew le, din se tfisser illi tiċċarrat ir-riżorsa tagħna fl-isptarijiet fl-aktar żmien li se jkollna bżonn," qal Pace.  Huwa sostna li l-għeluq tal-iskejjel u anke child care centres se jfisser illi l-infermiera jonqsu b'bejn 20% u 30% u dan minħabba li dawn ma jkollhomx għażla għajr li jibqgħu d-dar jieħdu ħsieb lill-uliedhom.

Mistoqsi jispjega kif, Pace qal lill-illum.com.mt illi hemm tliet gruppi ta' infermiera li se jintlaqtu minn din id-deċiżjoni.  L-ewwelnett dawk illi kemm huma kif ukoll is-sieħeb/sieħba tagħhom hija infermiera u li jaħdmu fl-istess ħin, dawk li jaħdmu b'sigħat imnaqqsa filgħodu, f'xift magħmul apposta biex il-ġenturi jiġbru lit-tfal mill-iskola u finalment dawk l-infermera pensjonanti li jista jkun jispiċċaw jieħdu ħsieb in-neputaijiet. 

Pace qal li din diġa hija xejra komuni matul il-vaganzi bid-differenza li issa hija fuq perjodu fejn hemm bżonn il-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa.

More in Politika