Kunvent patrijiet f'Bormla se jkollu jissakkar fi kwarantina minħabba patri li kien l-Italja

Madwar ġimgħa ilu patri mill-Italja wasal f'kunvent li għadu fih ... il-patrijiet se jkollhom jingħalqu fi kwarantina

Il-kunvent f'Bormla
Il-kunvent f'Bormla

Il-Kunvent tal-patrijiet ta' Santa Tereża f'Bormla se jkollu jingħalaq fi kwarantina hekk kif preżenti hemm patri Malti li kien l-Italja li ilu fil-kunvent għall-aħħar ġranet. 

Ikkuntattjat minn dan is-sit il-Pirjol Patri Martin Borg ikkonferma l-preżenza ta' dan il-patri li kien l-Italja u ġie lura u qal lil dan is-sit illi dan ilu fil-kunvent madwar ħamest ijiem.  Mistoqsi jekk humiex qed jagħmlu kwarantina volontarja Borg qal li qed jieħu l-pariri mis-superjuri tiegħu (l-Arċisqof) biex jittieħdu l-passi li jmiss. 

Fil-fatt il-passi li jmiss, hekk kif ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela iktar kmieni, huwa li l-patrijiet kollha jingħalqu fi kwarantina hekk kif kienu f'kuntatt ma' persuna li ġiet Malta minn pajjiż fejn il-każi huma ħafna.  Abela qal illi kull min ġie Malta mill-Italja fl-aħħar 14-il jum jeħtieġ jagħmel kwarantina obbligatorja, b'multi jekk ma jagħmilx dan.

Ilbieraħ ukoll fl-iskola ta' Santa Tereża ta' Birkirkra, fost oħrajn, qam paniku hekk kif numru ta' studenti irritornaw lura fil-klassi wara ġita tan-nursery fi Sqallija.

More in Politika