Coronavirus | Il-PN jipproponi s-sospensjoni tal-VAT għan-negozji u l-SMEs

Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li jibqa’ jtenni kull disponibbiltà u impenn biex jipparteċipa f'kull ħidma li tkun meħtieġa ssir kif mitlub mill-Awtoritajiet tas-Saħħa

Il-Partit Nazzjonalista, filwaqt li saħaq li kull deċiżjoni għandha tittieħed fl-aħjar interess tas-saħħa tal-poplu, qed jipproponi li l-Gvern jissospendi l-miżuri tal-VAT għan-negozji, inkluż dawk żgħar temporanjament u dan sabiex jonqos l-impatt negattiv li qed ikollhom minħabba l-coronavirus.

Fi stqarrija, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Self Employed, in-Negozji ż-Żgħar, l-Koperattivi, l-Biedja u s-Sajd, Edwin Vassallo, insista li din għandha tiddaħħal biex tgħin negozji żgħar u medji li jiddependu mill-pubbliku u jistgħu kemm huma kif ukoll l-impjegati tagħhom jintlaqtu negattivament f'dawn iż-żminijiet.

 “Dan sabiex l-ekonomija tibqa' għaddejja mingħajr lok ta' allarm u paniku,” insista Vassallo.

Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li jibqa’ jtenni kull disponibbiltà u impenn biex jipparteċipa f'kull ħidma li tkun meħtieġa ssir kif mitlub mill-Awtoritajiet tas-Saħħa

 

More in Politika