'Min isiefer f'żoni ta' riskju jkollu l-perjodu ta' kwarantina maqtugħ mill-leave' - MEA

Imma jekk ikollok il-Coronavirus u tiċċertifika dan, jgħodd bħala leave tal-mard

L-Asoċjazzjoni għal dawk li jħaddmu (MEA) qed tibqa' ssostni li dawk kollha li se jsiefru f'żoni ta' riskju, sakemm ma jkunux hemmhekk fuq xogħol għandu jkollhom il-perjodu ta' kwarantina maqtugħ mill-leave tagħhom. 

"Kull impjegat li jkun mar f'post fejn ir-riskji huma ogħla huwa obbligat li jqatta' 14-il jum fi kwarantina u din m'għandhiex tkun għażla imma kwistjoni ta' sigurtà għal dawk li qegħdin fl-istess post tax-xogħol," tfakkar il-MEA.  

Minn naħa l-oħra l-istqarrija tal-MEA tgħid illi jekk ħaddiem juri sintomi tal-coronavirus, jekk iċċertifikat, il-perjodu li fih persuna tibqa' d-dar jkun meqjus bħala leave tal-mard.

 

More in Politika