Coronavirus | Il-Kamra tal-Kummerċ tappella lin-negozji biex ikunu responsabbli meta jipprezzaw prodotti bażiċi

Il-Kamra tal-Kummerċ appellat lill-komunita tan-negozju biex tipprattika l-ogħla standards etiċi, b’mod partikolari meta jiġu biex jipprezzaw prodotti bażiċi u neċessarji

Il-Kamra tal-Kummerċ appellat lill-komunita tan-negozju biex tipprattika l-ogħla standards etiċi, b’mod partikolari meta jiġu biex jipprezzaw prodotti bażiċi u neċessarji, partikolarment bħalissa, fid-dawl tal-aħħar żviluppi dwar il-coronavirus.

“Fi żmien ta’ pressjoni nazzjonali fl-oqsma kollha tal-ħajja, il-komunita kummerċjali għandha rwol importanti x’tilgħab. Filwaqt li nissalvagwardjaw l-operat tagħna għandna nkunu wkoll naġixxu b’mod responsabbli mal-klijenti,” saħaq David Xuereb, il-President tal-Kamra.

Il-Kamra saħqet kif fi żmien meta d-domanda tiżdied, ir-regoli tas-suq awtomatikament jipprovdu biex jiżdiedu l-prezzijiet.

Kien għalhekk li appellat lin-negozji biex ikunu responsabbli f’dan ir-rigward.

More in Politika