X'se jiġri minn St. Patrick's u attivitajiet tal-massa? Fearne jitkellem fil-Parlament

Id-Deputat Prim Ministru mistenni jagħmel stqarrija ministerjali llum waranofsinhar fil-Parlament

Illum waranofsinhar, fil-Parlament, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne mistenni jagħmel stqarrija ministerjali dwar l-aħħar żviluppi f'Malta rigward il-coronavirus, hekk kif Malta issa għandha r-raba' pazjent.

Hu mifhum li Fearne mistenni jindirizza wkoll il-kwistjoni tal-attivitajiet tal-massa, skedati għall-ġimgħat li ġejjin, inkluż St.Patrick's Day ta' nhar it-Tlieta 17 ta' Marzu.

Waqt l-aġġornament li sar dalgħodu, meta mistoqsija dwar l-attivitajiet tal-massa u jekk dawn għandhomx jitħarsu, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, wieġbet fil-pożittiv.

Qalet li bħalissa għaddejin diskussjonijiet u l-Ministru Fearne mistenni jitkellem dwar l-aħħar żviluppi, inkluż l-attivitajiet tal-massa, fil-Parlament.

Bħalissa għaddejja wkoll laqgħa tal-kabinett li qed tiddiskuti l-aħħar żviluppi b'rabta mal-Coronavirus.

Aqra wkoll:

More in Politika