Ix-xogħlijiet ta' skavar u twaqqigħ se jieqfu fil-ġurnata tal-funeral ta' Miriam Pace

Dan qed isir fuq suġġeriment tal-President Sandro Chetcuti

L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi ħarġet direttiva fost il-membri tagħha biex għada, il-ġurnata li fiha se tingħata l-aħħar tislima Miriam Pace, ma jsir l-ebda xogħol ta’ skavar u twaqqigħ.

Fuq Facebook, l-MDA spjegat li dan qed isiq fuq suġġeriment tal-President Sandro Chetcuti bħala sinjal simboliku ta’ solidarjetà mal-vittma u l-familja tagħha.

Miriam Pace tilfet ħajjitha nhar it-Tnejn li għadda, wara li spiċċat mirduma taħt dik li kienet id-dar tagħha. 

Biswit tagħha kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni, b’sitt persuni, inkluż il-kuntratturi u l-perit jiġu arrestati.

More in Politika