Il-President se jiltaqa' mar-Reġina Eliżabetta II waqt żjara uffiċjali f'Londra

Il-President George Vella se jkun qed jindirizza taħdita f’Chatham House bit-tema ‘L-isfidi kurrenti tas-sigurtà fir-reġjun tal-Mediterran’

Il-President George Vella, flimkien mas-Sinjura Miriam Vella, ħallew Malta biex jibdew żjara uffiċjali ta’ erbat ijiem f’Londra.

Matul din iż-żjara, il-President u s-Sinjura Vella se jkunu qed jiltaqgħu mar-Reġina Eliżabetta II f’Buckingham Palace u anka mal-Prinċep ta’ Wales, Charles, fi Clarence House.

Fost impenji oħra, il-President se jkun qed jindirizza taħdita f’Chatham House bit-tema ‘L-isfidi kurrenti tas-sigurtà fir-reġjun tal-Mediterran’.

Il-President se jkunu qed iżuru lill-pazjenti u l-qraba tagħhom li bħalissa qegħdin Londra u qed joqogħdu fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares, kif ukoll għand  is-Sorijiet Franġiskani u Agostinjani.

Intant, sakemm il-President Vella se jkun Londra, is-Sinjura Dolores Cristina se tkun qed isservi fil-kariga ta’ Aġent President

More in Politika