'Dawk li ħadmu ma' Muscat qed jiġu ppremjati' - Repubblika

L-għaqda tgħid li l-Gvern qed juża tattiċi sovjetiċi billi jagħti impjiegi lil min hu leali, mhux lil min hu kompetenti

 

Fi stqarrija Repubblika esprimiet "diżgust" għall-ħatra ta' Ramona Portelli fuq il-Bord tal-Appelli dwar l-Ippjanar u qalet illi Portelli "kredenzjali  purament partiġġjani biss."

L-istarrija fakkret ili l-gvern kienet kelliema għall-eks PM Muscat u għalhekk l-istqarrija tgħid li dawk li ħadmu ma' Muscat "qed jiġu ippremjati b’karigi fis-servizz pubbliku."

"Il-Bord tal-Appelli dwar l-Ippjanar hu korp kważi-ġuridiku li jrid jiffunzjona independentement mill-Gvern. Il-ħatra ta’ Ramona Attard tirriduċi dan il-Bord bħala ħalq ieħor li minnu jiekol il-Partit Laburista," qalet l-istqarrija.

Repubblika qalet illi dawn il-ħatriet saru sistema "effettivament sovjetika" fejn il-pożizzjonijiet fl-amministrazzjoni pubblika ma jingħatawx lil min hu kompetenti għalihom imma għal min hu leali u attiv fil-partit tal-Gvern.

More in Politika