F'sentejn l-HSBC se jnaqqas 35,000 ħaddiem

Il-Bank spjega kif il-mira tiegħu hija sal-2022 inaqqas l-ispejjż b’erba’ biljun ewro

Fi żmien sentejn il-bank HSBC se jkun qiegħed inaqqas 35,000 impjieg globalment, bil-għan li jnaqqas l-ispejjeż tiegħu.

Il-Bank spjega kif il-mira tiegħu hija sal-2022 inaqqas l-ispejjż b’erba’ biljun ewro u jnaqqas €84 biljun f’assi.

Jidher li matul is-sena li għaddiet, il-profitti tal-HSBC naqsu bi 33%. B’kollox, qabel it-taxxa, l-HSBC għamel profitt ta’ aktar minn €12-il biljun.

Bħalissa, l-HSBC jopera f’aktar minn 50 pajjiż fl-Amerika ta’ Fuq, fl-Ewropa, fil-Lvant Nofsani u fl-Asja.

Il-Bank jimpjega 235,000 persuna madwar id-dinja.

More in Politika