Mizzi jiċħad li Keith Schembri avviċinah biex jistaqsi dwar il-ħelsien mill-arrest tal-aħwa Degiorgio

Mizzi kien imsemmi fir-recordings tal-konverżazzjonjiet bejn l-intermedjarju Melvin Theuma u l-allegat mandant Yorgen Fenech

L-eks Imħallef Antonio Mizzi qal li ħareġ dikjarazzjoni lill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra biex jiċħad li xi darba ġie avviċinat biex ikun mistoqsi dwar il-ħelsien mill-arrest tal-aħwa Degiorgio li qed ikunu akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Mizzi kien imsemmi fir-recordings tal-konverżazzjonjiet bejn l-intermedjarju Melvin Theuma u l-allegat mandant Yorgen Fenech.

Fir-recordings, li nstemgħu fil-Qorti l-ġimgħa li għaddiet, Fenech jgħid li Keith Schembri, dak iż-żmien Chief of Staff f’Kastilja, mar għand “Mizzi” biex jistaqsi għall-ħelsien mill-arrest tal-irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista.

Jgħid li Schembri għamel dan “f’isem ix-xiħ,” jiġifieri f’isem Joseph Muscat, dak iż-żmien Prim Ministru.

Mizzi huwa r-raġel tal-eks Ewroparlamentari Marlene Mizzi. 

Fid-dikjarazzjoni li għamel minn jheddu, Mizzi saħaq li ħadd qatt ma mar għandu jew kellmu dwar il-ħelsien mill-arrest tal-akkużati.

Fakkar li għal darbtejn, jiġifieri fis-7 ta’ Awwissu u fit-2 ta’ Ottubru tal-2018 huwa ċaħad it-talbiet għall-ħelsien mill-arrest

More in Politika