Cassola jitlob li tkun investigata allegata influwenza ta' Keith Schembri fuq l-Imħallef A. Mizzi

Arnold Cassola jitlob lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex tinvestiga

Arnold Cassola
Arnold Cassola

Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola qal illi kiteb lill-Kummissarji għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex din tinvestiga l-allegazzjoni ta' Melvin Theuma - sensar fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia - illi Keith Schembri resaq għand il-Maġistrat Tonio Mizzi biex ikun irranġat ħelsien mill-arrest għal dawk akkużati bil-qtil tal-ġurnalista.

"Jekk dan huwa minnu, dan jmur kontra l-Kodiċi tal-Etika tal-Ġudikatura," qal Cassola li kkwota: "Membri tal-ġudikatura ma jistgħux jiddiskutu każi li huma pendenti fil-Qorti.  Fir-rispett sħiħ lejn il-libertà tal-espressjoni, il-ġudikatura għandha tevita li ssir diskussjoni fuq każi sub judice fil-preżenza tagħhom."

Cassola fakkar ukoll illi l-membri tal-ġudikatura huma obbligati jgħarrfu fil-Qorti b'komunikazzjonijiet li jsiru magħhom u li jinfurmaw lill-President tar-Repubblika b'dan.

 

 

 

More in Politika