Robert Arrigo jirriżenja minn Viċi Kap tal-PN hekk kif tiżdied il-pressjoni fuq Delia

Robert Arrigo jirriżenja minn Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista hekk kif qed tiżdied il-pressjoni fuq Delia

Robert Arrigo
Robert Arrigo

Robert Arrigo, veteran fil-Partit Nazzjonalista, Deputat u Kandidat Nazzjonalista minn Tas-Sliema, irriżenja minn Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. Arrigo ilu biss f'din il-kariga mill-2017, meta kien elett ukoll David Agius bħala t-tieni Deputat Kap tal-PN.

Dan hekk kif bħalissa għaddejja pressjoni kbira fuq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, wara li lbieraħ 17-il Deputat vvutaw biex dan jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu.  Din kienet l-ewwel darba illi l-Grupp Parlamentari sfida lil Delia u l-pożizzjoni li okkupa fl-aħħar snin bħala Kap tal-PN. 

Wara l-laqgħa tal-Grupp Parlamentari lbieraħ il-Kap tal-PN qal li se jibqa' jmexxi l-partit sal-elezzjoni li ġejja.

(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)

More in Politika