Rittmu ftit inqas mgħaġġel imma ekonomija li baqgħet b'saħħitha - Il-Bank Ċentrali

Il-Bank Ċentrali jinnota tnaqqis żgħir fir-rittmu ekonomiku fit-tielet trimestru tal-2019, iżda jisħaq illi l-ekonomija għadha b'saħħitha ħafna

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-ewwel ħarġa tar-Rivista ta’ kull tliet xhur għas-sena 2020, li tanalizza l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u barra minn Malta matul it-tielet trimestru tal-2019. 

Dan nnota illi t-tkabbir fit-tielet trimestru tas-sena li għaddiet kien hemm tnaqqis żgħir fir-rittmu ekonomiku bil-Prodott Gross Domestiku
reali jikber bi 3.4% fuq l-istess perjodu sena qabel, wara żieda ta’ 4.9% fit-trimestru preċedenti. Dan kien riżultat ta’ tkabbir iktar dgħajjef fid-domanda domestika u kontribut negattiv akbar minn ċaqliq fl-inventarji. B’kuntrast, il-kontribut tal-esportazzjoni netta ssaħħaħ.

Minkejja l-moderazzjoni riċenti, it-tkabbir fil-PDG f’Malta għall-ewwel disa’ xhur tal-2019 baqa’ ogħla mill-medja tiegħu storika ta’ madwar 4.0% u kien aktar mit-triplu tat-tkabbir irreġistrat fiż-żona tal-euro.
 
Il-Bank Ċentrali kompla jgħid illi l-kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol baqgħu favorevoli fit-tielet trimestru tal-2019, hekk kif l-impjiegi komplew jiżdiedu filwaqt li r-rata tal-qgħad kompliet tonqos. Skont il-Labour Force Survey, ir-rata tal-qgħad kienet fil-livell ta’ 3.4%, inqas mir-rata ta’ 3.6% rreġistrata sena qabel u l-istess rata tat-tieni trimestru tal-2019.

Għalhekk, il-qgħad f’Malta baqa’ inqas minn nofs ir-rata medja ta’ 7.3% għaż-żona tal-euro u taħt il-kejl strutturali tal-Bank ta’ 4.0%. 

Fil-każ tal-inflazzjoni u alluta l-prezzijiet, skont l-inidiċi armonizzat tal-prezzijiet, din battiet għal 1.6% f'Settembru minn 1.8% f'Ġunju. Dan jidher li ġara minħabba tnaqqis fiż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel. 
 
Intant f'dak li jirrigwarda finanzi pubbliċi l-bilanċ pożittiv tal-Gvern, u allura s-suprlus baqa'.  Anke d-dejn tal-Gvern naqas għal 43%.
 

More in Politika