'Strieħ fis-sliem zi;' Titħabbar il-mewt tal-attur George Micallef

George kellu 76 sena u kien popolari kemm fuq it-televiżjoni iżda anke fit-teatri

Matul il-lejl li għadda miet l-attur popolari George Micallef li bil-personaġġi li interpreta minn jaf kemm ferraħ persuni.

Kienet il-familja stess tal-attur li ħabbret il-mewt, fosthom in-neputi tiegħu Christian Micallef.

George kellu 76 sena.

Micallef ma kienx popolari biss fuq it-televiżjoni iżda anke fuq il-palk u ħadem ħafna mill-qrib ma’ Hector Bruno.

Ħadem ukoll Fredu l-Fra u interpreta wkoll il-parti ta' Patri Rafel fis-serje popolari l-Madonna taċ-Ċoqqa.

Fost l-aktar serje televiżi popolari li t-tnejn ħadmu flimkien, kien hemm Sisters, fejn George kien jaħdem il-parti ta’ Bessie.

George Micallef kien mill-Belt Valletta u miet fil-ġimgħa ta’ San Pawl il-festa li tant kien iħobb u jgħożż.

More in Politika