L-Ajruport iniedi l-proġett tal-espansjoni tat-terminal b'investiment ta' €100 miljun

It-traffiku tal-passiġġieri fl-Ajrupostmitenni jiżdied bejn 2% u b3% sabiex jilħaq is-7.5 miljun moviment tal-passiġġieri fl-2020
 

Immaġini ta' kif se jidher it-Terminal il-ġdid
Immaġini ta' kif se jidher it-Terminal il-ġdid

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta llum ħabbar il-viżjoni fit-tul tal-kumpanija għall-ajruport, hekk kif żvela dettalji dwar investiment ta’ madwar €100 miljun f’espansjoni tat-terminal.      

Waqt konferenza iktar kmieni dalgħodu, il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta  Alan Borg ħabbar ukoll it-tbassir tat-traffiku tal-kumpanija għall-2020, li jindika li n-numru ta’ passiġġieri se jkompli jiżdied bejn 2% u 3% biex jilħaq is-7.5 miljun moviment tal-passiġġieri.
 
“Il-proġett tal-espansjoni tat-Terminal se jwittilna t-triq sabiex inkunu nifilħu għal iktar tkabbir fit-traffiku filwaqt li fl-istess ħin noffru esperjenza ta’ ajruport ta’ ħames stilel. Dan se niksbuh billi nżidu l-ispazju operattiv, inkabbru l-għażla ta’ ħwienet u ristoranti,  ninkorporaw iktar elementi Maltin, u nużaw l-iktar teknoloġiji moderni,” qal Alan Borg.
 
Gradwalment, il-proġett se jiżviluppa l-binja tat-terminal f’waħda li tokkupa 31,200 metri kwadri; jiġifieri d-doppju tal-impronta tal-binja attwali. Il-proġett se jiffoka prinċipalment fuq it-titjib tal-esperjenza fl-ajruport u l-proċessi li l-passiġeri jgħaddi minnhom fi stadji kruċjali tal-vjaġġ tiegħu ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malti, b’mod partikolari fis-Sala taċ-Check-In, iż-Żona ta’ Screening ta’ Sigurtà, u s-swali tat-tluq. 
 
Il-kumpanija tixtieq tħabbar ukoll li fiż-żmien li ġej se tkun qed tippubblika sejħa għall-periti sabiex jissottomettu proposti dettaljati għall-iddiżinjar u l-ippjanar tal-eżekuzzjoni tal-proġett. 

Miżuri ta' sostenibbilità

Il-kumpanija se tkun qed tieħu diversi miżuri favur is-sostenibbilità. Waħda mill-miżuri ta' titjib li se taddotta l-kumpanija hija l-użu ta’ teknoloġiji intelliġenti, fosthom sistema ġdida tal-immaniġġjar tal-bini li tirregola l-użu tal-enerġija u l-ilma fl-ajruport u ttejjeb l-insulazzjoni. Dawn il-miżuri se jkunu qed jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ binja effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li se jkollha rwol kruċjali fil-vjaġġ tal-kumpanija lejn in-newtralità tal-karbonju.

More in Politika