Casa ħa ritratt ma' Robert Abela, wara kollox! Waqt filmat qal li mhux żmien ir-ritratti

'Ried jieħu ritratti miegħi u ma' Roberta imma ma ħallejniehx' - qal Casa. Imma fil-fatt ħa ritratt ma' Abela

Ritratt li juri lil Casa u Metsola mal-PM
Ritratt li juri lil Casa u Metsola mal-PM

L-MEPs tal-Partit Nazzjonalista David Casa u Roberta Metsola rrifjutaw li jieħu ritratt mal-Prim Ministru Robert Abela, li jinsab fi Brussell.  "Ried jieħu ritratti miegħi u ma' Roberta imma ma ħallejniehx," qal Casa f'filmat fuq Facebook.  Il-PM jinsab f'laqgħat ta' introduzzjoni fl-istituzzjonijiet Ewropej. 

Minkejja dan, ritratt li fil-fatt ħareġ id-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI), juri illi Casa u Metsola ħadu ritratt jiddiskutu mal-Prim Ministru fi Brussell.

Intant fil-filmat Casa jgħid illi "d-deċiżjoni tal-PM Robert Abela hija kontinwità ta' deċiżjoni korrotti tal-predeċessur tiegħu ... minflok keċċiehom lil Owen Bonnici u Edward Scicluna, żammhom fil-Kabinett," qal Casa. 

"Minflok investiga lill-Kummissarju tal-Pulizija tah kuntratt, lil Keith Schembru jħallih isiefer 'l hawn u 'l hemm, l-ieħor ħadu miegħu biex jifthiem dwar il-kuntratt korrott tal-isptarijiet u l-ieħor riedu jirrapreżenta lil Malta fl-OSCE.  

Huwa qal li hu qed jiddefendi isem pajjiżna biex dan ma jibqgżax ikun redikolat.  "Jiena nsistejt li llum qabel għada Muscat, Schembri u Mizzi għandhom ikunu investigati," temm jgħis l-MEP tal-Partit Nazzjonalista. 

Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat mar-Rappreħentant Permanenti ta' Malta fl-UE Daniel Azzopardi, l-Ambaxxatur Malit fil-Belġju Ray Azzopardi, Anthony Agius Decelis u l-assistent personali Ray Barbara. 

More in Politika