Lufthansa Technik tibda bil-manutenzjoni tal-Airbus A350 f'pajjiżna

Dan ifisser li l-fergħa ta' Malta hija l-ewwel li qed tagħmel manutenzjoni fuq ajruplani moderni

Manutenzjoni fuq ajruplan ta' Lufthansa Technik
Manutenzjoni fuq ajruplan ta' Lufthansa Technik

Lufthansa Technik bdiet tagħmel xogħolijiet fuq ajruplan tagħha stess, Airbus A350, f'pajjiżna, biex Malta issa ser issir l-ewwel fergħa minn dawk tal-istess kumpanija illi kapaċi twettaq manutenzjoni fuq l-aktar ajruplani moderni. 

Dan l-ajruplan għandu l-inqas konsum ta' fjuwil, waqt li huwa l-aktar effiċjenti u komdu. 

Marcus Motschenbacher il-Kap Eżekuttiv ta' Lufthansa qal illi d-deċiżjoni biex dan ix-xogħol isir f'pajjiżna turi l-fiduċja li dan il-proġett qed jirċievi mill-klijenti tagħna.

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli sostniet illi t-turiżmu għaddej minn perjodu tajjeb ħafna u fakkret li dan ma kienx ikun possibbli kieku mhux għall-industrija tal-avjazzjoni.  Hi qalet illi l-Gvern huwa kommess għal masterplan fl-avjazzjoni, effiċjenza aħjar u produttività.

Il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri faħħar lill-kumpanija talli ħadet l-inizjarttiva biex ix-xogħol isir Malta. 

"L-ekonomija u n-nies tagħna huma dawk li se jkomplu jibbenefikaw hekk kif l-industrija f'pajjiżna tkompli tikber," qal Schembri. 

Intant preżenti kien hemm ukoll il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici li qal illi huma l-ħaddiema huma r-riżorsa ċentrali għas-suċċess tal-kumpanija.  Hu faħħar il-kollaborazzjoni bejn il-Lufthansa u l-MCAST. 

More in Politika