Aġġornata | Il-Forzi Armati jsalvaw 140 immigrant fi ftit sigħat

Dawn ittellgħu abbord bastiment tal-FAM u ddaħħlu Malta

Ilbieraħ filgħodu, il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw grupp ta’ 47 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà waqt li kienu bejn sema u ilma u lbieraħ filgħaxija salvaw 95 immigrant ieħor.

F'żewġ stqarrijiet separati, il-Forzi Armati kkonfermaw li ħarġu għall-immigranti u salvawhom kollha.

Dawn ittellgħu abbord bastiment tal-FAM u ddaħħlu Malta lbieraħ u kmieni dalgħodu.

Wieħed mill-immigranti ttieħed Mater Dei għax kellu bżonn għajnuna medika.

 

 

More in Politika