Simon Busuttil irid lill-PM jtella' lil Joseph Muscat il-Qorti u jkeċċi lil Edward Scicluna

Waqt Xarabank l-eks Kap tal-PN isostni li Robert Abela jeħtieġ itella' lil Joseph Muscat il-Qorti b'akkużi ta' korruzzjoni

Simon Busuttil  - Ritratt: Xarabank
Simon Busuttil - Ritratt: Xarabank

Illejla waqt li kien qed jitkellem fuq il-programm Xarabank l-eks Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal illi biex jgħaddi t-test ta' Prim Ministru, Robert Abela jrid itella' lil Joseph Muscat il-Qorti akkużat b'korruzzjoni flimkien ma' Konrad Mizzi u Keith Schembri. 

Mistoqsi mill-preżentatur Peppi Azzopardi jekk hux qed jgħid li issa l-PM għandu jindaħal lill-Kummissarju tal-Pulizija, Busuttil wieġeb billi saħaq li l-poplu lill-Gvern jeleġġi mhux lill-Kummissarju. 

Busuttil qal ukoll li Abela għandu jwaqqa' l-kuntratti tal-Power Station u tal-isptarijiet li bħalissa qed jitmexxew minn Steward Healthcare. Huwa kompla jgħid li apparti dan, Abela għandu jkeċċi numru ta' nies oħrajn fosthom il-MInistru tal-Finanzi. 

Huwa faħħar ċerti deċiżjonijiet ta' Abela għalkemm qal ukoll li ħafna minn dawn, fosthom ir-riżenja tal-Kummissarju, hu kien ilu erba' snin jappella biex isiru. 

 

More in Politika