Bħal Lou Bondi ... Anton Attard ukoll jitlef kuntratt ta' eluf li kellu mal-Gvern

Anton Attard ukoll jitlef kuntratt mal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali

Anton Attard
Anton Attard

 Ftit wara li kien żvelat illi Lou Bondi mhux se jiġġeddidlu kuntratt ta' €50,000 fis-sena, jidher illi anke Anton Attard se jkun qiegħed jitneħħa minn kariga ta' konsulent tekniku li kellu mal-Gvern. 

Attard, għandu kuntratt ta' madwar €20,000 fis-sena mal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali. 

Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Ministeru għall-Kultura u l-Kunsilli Lokali, immexxi mill-Ministru Josè Herrera.

Bħal Bondi, hu għandu rabtiet mal-Partit Nazzjonalista hekk kif kien wieħed minn nies li kienu jmexxu l-kampanji elettorali tiegħu. Attard imbagħad kien Kap Eżekuttiv tal-PBS u allura mdaħħal fl-organizzazzjoni tal-Eurovision.

Bħalissa Attard huwa wieħed mill-imħuħ wara X Factor Malta.

Anton Attard, flimkien ma' Bondi, kienu trasferiti minn mal-Fondazzjoni għall-Kunsill tal-Arti u l-Kultura, b'ordni mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

More in Politika