'Malta mgħerrqa fil-korruzzjoni' - Transparency International fir-rapport annwali

Malta kklasifikat fil-50 post fl-indiċi ta’ Transparency International bir-rapport jisħaq li għandha tinżamm l-attenzjoni fuq Malta

Malta kklasifikat fil-50 post fl-indiċi ta’ Transparency International, bir-rapport annwali jisħaq li l-korruzzjoni qed thedded is-saltna tad-dritt u jdgħajjef id-demokrazija tal-pajjiż. 

Fost oħrajn, ir-rapport iwissi li l-Gvern Malta “kaxkar saqajh” fl-invetigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphna Caruana Galizia.

Din il-klassifika tfisser li mill-2015 ‘l hawn, Malta niżlet sitt postijiet u 25 post minn meta beda jsir ir-rapport fl-1995. Ifisser ukoll post aħjar mill-klassifika tas-sena li għaddiet.

Fil-fatt Malta kisbet 54 punt. Aktar ma’ pajjiż ikollu punti inqas tkun il-korruzzjoni. Anke jekk Malta ġabet inqas mill-medja tal-punti, jiġifieri dik ta’ 66 punt, ir-rapport xorta waħda jisħaq li għandha tinżamm l-attenzjoni fuq Malta.

“Minkejja s-sejħa miċ-ċittadini Maltin, il-familja Caruana Galizia u l-komunità internazzjonali biex ikun solvut dan il-każ, il-Gvern kaxkar saqajh fil-proċeduri ġudizzjarji,” jisħaq ir-rapport. “Diversi skandli inkluż il-Panama Papers, il-kollass ta’ bank Malti u l-iskema tal-“golden visa” li tbigħ iċ-ċittadinanza Maltija lill-investituri sinjuri wkoll waslu biex Malta tinżel f’dan l-indiċi.”

More in Politika