The Economist tagħti daqqa lid-demokrazija ta' Malta u tniżżilha post fil-klassifika

Minn 'demokrazija sħiħa' għal 'demokrazija difettuża' għal Malta biex issa qegħda mal-Istati Uniti u l-Iżrael

L-indiċi annwali ta' The Economits taw ftit ta' daqqa lid-demokrazija ta' Malta hekk kif niżżluha post: Minn 'demokrazija sħiħa' għal 'demokrazija difettuża'. Dan huwa bl-akbar probabbilità minħabba t-taqlib politiku tal-aħħar ġimgħat, b'riżenji u implikazzjopnijiet serji kontra Keith Schembri u persuni oħrajn li kienu jaħdmu Kastilja, fosthom wieħed mill-eks membri tas-sigurtà tal-eks PM Joseph Muscat. 

Dan ipoġġi lil Malta ma' lista ta' pajjiżi oħrajn bħal Hong Kong, Panama, L-istati Uniti, il-Kore ta' Isfel u l-Iżrael. Dsn apparti li ma' Malta hemm erba' pajjiżi mill-UE li wkoll jinsabu f'din il-lista: Il-Belġju, Ċipru, l-Italja u l-Greċja.

Mill-167 pajjiż iżda hija Malta biss li niżlet minn 'demokrazija sħiħa' għal 'demokarzija difettuża'.

More in Politika