Il-Parlament jirritorna mill-vaganzi; Jean Claude Micallef jieħu l-ġurament bħala Deputat

Jean Claude Micallef ġie elett fl-elezzjoni każwali wara r-riżenja ta' Helena Dalli li issa saret Kummissarju Ewropew

Dalgħodu reġa' fetaħ il-Parlament ta' Malta wara vaganzi twal tal-Milied, bl-ewwel ħaġa fuq l-aġenda tkun il-ġurament ta' Jean Claude Micallef bħala Deputat Parlamentari.

Jean Claude Micallef ġie elett fl-elezzjoni każwali wara r-riżenja ta' Helena Dalli li issa saret Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Ugwaljanza.

Din kienet l-ewwel seduta Parlamentari minn meta f'Diċembru tal-2004 il-Parlament aġġorna, aktar kmieni minn qabel, għall-vaganzi tal-Milied.

Il-Parlament kien aġġorna fil-qalba ta' protesti li kienu qed isiru kontinwament quddiem il-binja tal-Parlament fid-dawl tal-iżviluppi fil-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u li spiċċa daħal fihom ukoll l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Din tal-lum hija l-ewwel seduta Parlamentari minn meta Robert Abela sar Prim Ministru. 

Aqra wkoll:

More in Politika