Silvio Valletta jammetti li siefer ma' Yorgen Fenech fl-2018 meta dan kien diġa suspettat fil-qtil ta' Daphne

L-eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija u r-raġel ta' Justyne Caruana taħt pressjoni

Silvio Valletta (lemin)
Silvio Valletta (lemin)

Il-Ministru ta' Għawdex tinsab taħt pressjoni hekk kif dalgħodu kien irrappurtat illi żewġha u eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta siefer ma' Yorgen Fenech biex flimkien isegwu logħba futbol. 

Nħar id-29 ta' Settembru Valletta, li dakinhar kien diġa' parti minn tim ta' investigaturi fuq il-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galzia, mar Londra ma' Fenech biex jara logħba f'Stamfrod Bridge Stadium, ta' Chelsea FC.

Il-gazzetta The Sunday Times li rrappurtat l-istorja qalet illi hi ċemplet lil Valletta u dan ammetta għalkemm qal li hu ħallas għal kollox u li dak iż-żmien ma kienx qed jaħdem fuq il-każ ta' Caruana Galizia. 

Fenech kien diġa identifikat bħala suspettat f'Mejju 2018. 

 

More in Politika