'Jiena sejjer Bormla għax jien Laburist u nbaxxi rasi għad-deċiżjoni tal-PM' - Mizzi

Il-Ministru Joe Mizzi se jkun qed jattendi l-attività li se ssir għada f'Bormla

"Jiena sejjer Bormla, għax jien Laburist. Jien baxxejt rasi għad-deċiżjoni li ttieħdet mill-Prim Ministru Robert Abela."

Hekk sostna ma' dan sit l-eks Ministru Laburista Joe Mizzi, li ma kienx appuntat Ministru fil-kabinett ta' Robert Abela. Kien dan is-sit ukoll li aktar kmieni llum żvela kif ħafna minn nies li jappoġġjaw lil Mizzi se jinżlu Bormla għada għall-attività tal-PL li fiha se jitkellem Robert Abela bħala turija ta' lealtà lejn il-partit. 

Anke l-eks Ministru għal Għawdex illum deher ma' Abela f'attività fil-kapitali Għawdxija. Abela kellu kliem ta' tifħir u wiegħed li se jaħdem mill-qrib ma' Refalo. 

 

More in Politika