Aġġornata | Sas-2:00 p.m kienu vvutaw 58.3% tal-membri tal-Partit Laburista

Is-17,500 membru eleġibbli għall-vot ser jagħżlu l-ħames Mexxej Laburista minn żmien l-Indipendenza.tal-1964

Elezzjoni Mexxej Laburista
Elezzjoni Mexxej Laburista

Wasal il-jum tal-verità għall-Partit u l-Gvern Laburista. Eluf ta' membri llum ser imorru bi ħġarhom f'ċentri speċifiċi biex jitfgħu l-vot tagħhom favur il-kandidat li jippreferu: Chris Fearne jew Robert Abela. 

Sas-2:00 pm ta’ waranofsinhar kienu vvotaw 58.3% ta’ dawk eleġibbli għall-vot fl-elezzjoni għall-Mexxej tal-Partit Laburista.Il-votazzjoni, li qed issir fi 13-il post madwar Malta u Għawdex, fetħet fit-tmienja ta’ filgħodu u se tibqa’ miftuħa sat-tmienja tal-lejla. F’din l-elezzjoni hemm 17, 531 persuna eleġibbli li jivvotaw.

Is-17,500 membru eleġibbli għall-vot ser jagħżlu l-ħames Mexxej Laburista minn żmien l-Indipendenza.tal-1964. Dom Mintoff mexxa lill-Partit Laburista mill-1949 sal-1984 u mbagħad għadda t-torċa tal-Partit lil Karmenu Mifsud Bonnici. Dan is-suċċessur tal-Perit Mintoff mexxa lill-Partit Laburista sat-tieni telfa elettorali tal-1992 kontra Eddie Fenech Adami. 

Fl-1992 il-Partit Laburista ħatar lil Alfred Sant li baqa' jokkupa l-kariga ta' mexxej tul 16-il sena sal-2008. Warajh kien elett Joseph Muscat. 

Is-separju fuq Muscat issa ser jinżel fis-sigħat li ġejjin mal-ħatra ta' Abela jew Fearne.

Iċ-ċentri tal-votazzjoni ser jagħlqu fit-20.00 biex imbagħad il-kaxxi tal-voti jinġarru għaċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun fejn jibda l-għadd tal-voti. L-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultat għandhom joħorġu llum tard filgħaxija jew għada kmieni filgħodu.

 

 

(Għal aktar aġġornamenti ibqgħu segwu dan is-sit)

More in Politika